Żagħżugħ Ġermaniż ta’ 18-il sena ttieħditlu l-liċenzja tas-sewqan 49 minuta biss wara li għadda mit-test. Dan minħabba li l-Pulizija waqqfuh hu u sejjer id-dar minħabba sewqan eċċessiv.
Jidher li dan kellu erbat iħbieb miegħu fil-karozza u pprova jimpressjonahom bis-sewqan tiegħu.
Huwa kien ordnat ma jsuqx għal erba’ ġimgħat u mistenni jingħata l-liċenzja lura wara li jħallas multa ta’ €200.