Ryan Falzon, ta’ 22 sena minn Ħal Qormi, li kien meħlus mill-arrest fuq depożitu ta’ €500, tqiegħed fuq probabtion ta’ sentejn u ttieħdulu €100 mid-depożitu għall-ħelsien mill-arrest li ħallas.
Il-Qorti ħadet din id-deċiżjoni, wara li l-ġimgħa l-oħra kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest. Huwa nstab barra f’ħin li suppost kien id-dar bi droga kokaina moħbija fiż-żarbuna tiegħu.
Falzon kien ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq każ li seħħ fl-2019 fejn allegatament inqabad ibiegħ il-kokaina lil persuna taħt l-età.
Il-Maġistrat Gabriella Vella osservat li l-imputat kien ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Qorti ddeċidiet li jittieħdu €100 mid-depożitu tiegħu wara li ġew introdotti liġijiet ġodda fil-Qorti sabiex tinbidel is-sistema l-antika.
Sistema li kienet tgħid li f’każ li jkun hemm ksur fil-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest id-depożitu jittieħed kollu.