Is-senat Amerikan ikkonferma lis-Senatur ta’ Alabama Jeff Sessions bħala l-avukat ġenerali tal-Istati Uniti. Dan wara li kien innominat tal-President Amerikan Donald Trump.
Id-deċiżjoni ittieħdet wara smigħ li ħa ħin mhux ħażin u li tulu spikkaw l-attakki tad-Demokratiċi dwar ir-rekord ta’ Jeff Sessions fid-drittijiet ċivili.
Filfatt, kelliema għad-demokratiċi kienet mwaqqfa milli titkellem u dan meta ssemmew allegazzjonijiet ta’ razziżmu fil-konfront ta’ Sessions.
In-nominat ta’ Trump huwa kkunsidrat bħala fost l-iktar kontroversjali. Fil-votazzjoni, senatur demokratiku wieħed biss ivvota għan-nominat ta’ Trump.
Sessions issa se jkun responsabbli mid-dipartiment tal-ġustizzja. Minn aktar minn elf u tlettax-il impjegat inkluż tlieta u disgħin awditur għall-Istati Uniti. Meta ndrizza lil dawk preżenti, Sessions qal li l-ikbar unur għalih hu li se jirrapreżenta lin-nies ta’ Alabama f’kariga daqstant importanti. Filwaqt li apprezza d-dibattitu li sar, stqarr li jifhem sew ir-responsabilitajiet li jġorr l-uffiċċju tiegħu.