Il-fundatur ta’ Amazon, Jeff Bezos, se jkun qed jinża t-titlu tiegħu ta’ Kap Eżekuttiv u jgħaddih lil Andy Jassy.
Dan proprju wara aktar minn żewġ diċenji jmexxi l-kumpanija minn evoluzzjoni sħiħa minn bejgħ ta’ kotba għal kumpanija globali ta’ $1.75 triljun.
Kien fi Frar li l-kumpanija ħabbret li Bezos se jkun qed jinżel mill-irwol tiegħu għal wieħed eżekuttiv sabiex jiffoka fuq pjanijiet oħra li għandu.
Minkejja li se jkun qed jitlaq mill-irwol tiegħu, xorta se jkun qed jinfluwenza d-deċiżjonijiet tal-kumpanija fis-snin li ġejjin, dan hekk kif huwa l-akbar shareholder tal-kumpanija.