Fl-istess jum li l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar proġett tal-Gvern li ssir trakka tal-karozzi f’Ħal Far, tħabbar ukoll li ġew sottomessi l-pjanijiet għat-trakka tal-karozzi f’Ħal Far mal-Awtoritajiet konċernati.
Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet ġewwa t-trakka tal-go carts f’Ħal Far hekk kif tnieda uffiċjalment il-proġett tat-trakka f’Ħal Far.
Konferenza tal-aħbarijiet li fiha nkludiet messaġġ mill-President tal-Federazzjoni Internazzjonali fuq il-motorsport, l-FIA, Jean Todt.
Figura rinomata sew mal-motorsport fosthom fil-Formula 1.
Fil-fatt Jean Todt, rringrazzja lill-Gvern għall-impenn tiegħu favur l-isport tal-motorsport.
Huwa tenna li l-FIA se tkun ta’ spalla għal Malta fl-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett.
Qal, “You can count on the support of the FIA for the phases of your project especially in the process of the 3 venues; circuit, drag strip and carting rack. I wish this park a long and happy life and look forward to international motorsport visiting Malta in the future”
Graham Stoker mill-FIA innifisha u li kien preżenti għal din il-konferenza saħaq li dan mhux proġett li faċli jidħol fis-seħħ madankollu huwa rrimarka għall-ħidma tal-Gvern flimkien mal-uffiċjali fl-isport sabiex itellaq dan il-proġett għad-dilettanti kollha tal-isport.
Il-President tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport Duncan Micallef esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan il-proġett.
Huwa tenna li issa l-pass li jmiss huwa li l-pjanijiet jibdee sabiex kemm jista’ jkun malajr dan il-proġett isir realtà
Micallef ħabbar ukoll li jekk ix-xogħlijiet ta’ trakka tad-drag racing jitlestew sa l-2022, f’April tal-2023 f’Malta jkun qed isir l-kampjonat Ewropew tad-drag racing.
Is-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat fl-indirizz tiegħu tenna l-importanza tal-fondi mill-Fond Soċjali għall-Iżvilupp Nazzjonali u li minnhom se jsir dan l-investiment ta’ €20 miljun.
Qal, “Dan l-investiment jagħmel anke sens ekonomiku għax rajna meta studjajna u studjajna fid-dettall li kull miljun li ħa ninvestu biex nibnu din it-trakka, se nkunu qed nieħdu iktar mil-lat ta’ xogħol ekonomiku u attività ekonomika li ser tiġġenera f’pajjiżna. Infatti qed naraw mal-220 impjieg minn dan l-investiment biss.”
Madankollu huwa rrimarka wkoll kif dan mhux proġett li se jwassal biss għall-infiq iżda anke biex ikun hemm introjtu.
Dan hekk kif din it-trakka nnifisha se tiġġenera l-flus fl-ekonomija Maltija.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima fl-indirizz tiegħu spjega wkoll li dan il-proġett b’kollox se jkun qed jieħu mat-tmenjn elf metru kwadru ta’ art tal-Gvern.
Art li ma taqax f’ODZ u ma hijiex waħda agrikola.
Spjega wkoll li għal dan il-proġett saru l-istudji neċessarji kollha.
Qal, “Għamilna l-istudji kollha neċessarji u se nkunu qed nagħmlu dawk li huma sound mitigation measures biex propju naraw li dak li hemm illum il-ġurnata ma jibqax jinstema’ kif qed jinstema llum u anke l-faċilitajiet li diġà ilhom eżistenti u ilhom hawnhekk numru ta’ snin se nkunu qed intuhom upgrade.”
Ritratt: TOM