Fuq ordni ta’ Imħallef, qed tintalab l-għajnuna tal-pubbliku sabiex jinstab Jean Pierre Mamo li qiegħed jiġi mfittex b’rabta ma’ każ pendenti li hemm għaddej fil-Qorti.
Il-Pulizja qalet kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija permezz ta’ messenger, jew iċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija u jiġi kwotat in-numru 01/2024.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI