Il-Kamra tad-deputat għandha membru ġdid, Jean Claude Micallef li ħa l-ġurament tal-ħatra dalgħodu.
Dan wara li f’Diċembru li għadda huwa ġie elett f’elezzjoni każwali fuq it-tielet distrett elettorali.
Dan wara r-riżenja ta’ Helena Dalli mill-Parlament biex bidet isservi bħala l-ewwel kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza.
Is-Sur Micallef li għandu 32 sena ngħata l-ġurament tal-ħatra mill-Ispeaker Anġlu Farrugia fl-ewwel seduta ta’ din is-sena wara.
Fl-ewwel kummenti tiegħu fil-Parlament wara l-ħatra, Jean Claude Micallef qal li se jaħdem b’ħeġġa u entużjażmu b’risq il-poplu Malti u Għawdxi.
L-Onor. Micallef stqarr: “Qiegħed nibda dan il-vjaġġ tiegħi illum mhux fil-vjaġġ politiku iżda l-vjaġġ Parlamenti f’din il-kamra li l-uċuh ta’ ħafna minnkom huma familjari għalija, kienu parti wkoll mill-mixja u l-ħajja pubblika tiegħi u nħares ’il quddiem li ma’ kull wieħed u waħda minnkom inkun qiegħed naħdem għal ħidma fejjieda b’risq il-poplu Malti u Għawdxi kollu.”