L-għaqda Puttinu Cares ħabbret il-mewt ta’ Javier, tfajjel ta’ 14-il sena li kellu marda rari meta twieled b’toqba f’moħħu.
Huwa tilef il-battalja mal-mewt matul il-lejl li għadda.
Fuq Facebook, Puttinu kitbu li dan it-tfajjel ra mħabba kbira mill-ġenituri tiegħu Dorelle u Dennis, li taw ħajjithom għalih.
Qalu li kienu ġenituri ta’ eżempju kbir li wrew kif “fit-tbatija hemm imħabba kbira, gratitudni u rispett fenomentali”.