Il-Qorti Suprema Amerikana kontra li l-universitajiet jikkunsidraw ir-razza tal-applikanti
Il-Qorti Suprema tal-Istati Uniti ddikjarat li l-universitajiet m’għandhomx jikkunsidraw ir-razza tal-kandidati fl-amministrazzjonijiet tagħhom .
Il-politika tal-“affirmative action” ilha tintuża għal aktar minn ħamsin sena f’diversi kulleġġi u universitajiet madwar l-Istati Uniti. Permezz tagħha, studenti li ġejjin minn gruppi emarġinati tas-soċjetajingħataw imbuttatura ikbar bil-għan li dawn l-istituzzjonijiet ikunu aktar inklussivi.
Fis-sentenza tagħha l-Qorti Suprema qalet li l-universitajiet u kulleġġi m’għandhomx jibqaw jikkunsidraw l-etniċità u r-razza tal-applikanti.
Din l-aħbar qajmet kontroversja kbira. Filwaqt li diversi figuri ewlenin saħansitra ddiskrevew ilbieraħ bħala ġurnata sewda, oħrajn esprimew is-sodisfazzjon tagħhom u saħqu li din id-deċiżjoni hija parti mill-legat tal-eks president Donald Trump.