Il-pulizija kontra t-terroriżmu fl-Ingilterra, qed imexxu l-investigazzjoni dwar attakk fuq tliet uffiċjali tal-ħabs minn Hashem Abedi, wieħed mill-irġiel responsabbli għall-attakk bl—uzu ta’ bomba f’Manchester Arena.
L-uffiċjali sofrew ġrieħi gravi nhar is-Sibt, inklużi ħruq u daqqiet ta’ sikkina fl-attakk li seħħ fil-ħabs f’Durham.
Abedi, ta’ 28 sena, li qed iservi sentenza ta’ ħabs għal għomru talli għen lil ħuh iwettaq l-attakk suwiċida tal-2017, xeħet żejt sħun fuq l-uffiċjali u uża arma biex tahom daqqiet ta’ sikkina.