Raġel darab disa’ persuni, fosthom sitt itfal, wara li attakka dawk preżenti għal festin tat-tfal f’Boise Idaho.
L-attakk seħħ f’kumpless tar-refuġjati fejn qed jingħad li l-mottiv wara l-attakk bis-sikkina kienet vendetta wara li s-suspettat kien mitlub biex jitlaq jum qabel.
Sitt itfal, ta’ bejn l-età ta’ tliet u sitt snin, huma fost dawk midruba fejn il-maġġoranza tar-refuġjati fil-kumpless huma mill-Etijopja, l-Iraq u s-Sirja.
Is-suspettat jismu Timmy Kinner u jirrisjedi f’Los Angeles fejn qed ikun akkużat b’attakk aggravat fuq disa’ persuni u li darab sitt itfal.