Milquħ minn sparar ta’ musketterija fil-pjazza tan-Nadur Għawdex, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech fid-diskors ta’ kull nhar ta’ Ħadd kien wieħed isteriku u negattiv għall-aħħar.
Jumejn wara l-intervista li kellu fuq ix-xandir nazzjonali, Bernard Grech kompla jattakka lill-ġurnalist li għamillu l-mistoqsijiet.
Waqt li kien qiegħed, fil-gżira tat-tliet għoljiet, Bernard Grech qal li l-partit li jmexxi hu se jtejjeb il-konnettività bejn il-fliegu.
Minkejja din id-dikjarazzjoni, Bernard Grech ma semma mkien il-proġett tal-mina, anki jekk kien qed jindirizza lill-Għawdxin u dan is-suġġett ċertament jinteressahom.
Huwa qagħad attent li ma jsemmix dak li talab ftit tal-ġimgħat ilu, fejn qal li jrid referendum dwar il-mina.
Dwar dan kellu kritika qawwija saħansitra mill-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija li kienet qalet kif il-kummenti tal-Kap tal-Oppożizzjoni ħolqu inċertezza fuq proġett tant importanti u wara li kien intlaħaq qbil dwaru fil-Parlament meta ż-żewġ naħat tal-Kamra vvutaw favur.