Sa mill-ewwel sekondi tad-diskors politiku tiegħu, beda b’ħanġra, jattakka l-Budget u jgħid li Malta u Għawdex tridu fil-Gvern.
“Malta u Għawdex trid terġa’ tara lill-Partit Nazzjonalista fil-Gvern!”
Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech infexx jattakka l-miżuri tal-Budget u magħhom jattakka lill-Partit Laburista u lill-Prim Ministru.
“Arja sħuna ngħidilha jien. Arja li ma tfisser xejn. Ħa jibqa’ jbiegħlna l-arja u ħa nibgħqu nixtru l-arja. Dan il-Partit huwa partit tal-arja. Partit li ma jtik xejn.”
F’ripetizzjoni kontinwa tad-diskorsi tiegħu fl-aħħar jiem huwa reġa’ qal li l-Gvern qed jonfoq u jberbaq il-flus.
“Qiegħed jonfoq u jberbaq il-flus.”
Ma naqsux ukoll l-argumenti negattivi u l-isteriżmu.
“Tapasri. Gvern tat-taparsi. Prim Ministru tat-taparsi.”
Fin-Naxxar, Bernard Grech qal hekk ukoll fuq il-Prim Ministru.
“Qisu dak il-ġuvni li jixtieq jgħabbi tfajla.”
Dwar il-Budget għall-2022, Bernard Grech tenna li l-Gvern qed jaħsad il-frott tal-ħidma ta’ amministrazzjonjiet Nazzjonalisti.
“Għadhom jaqtgħu l-frott minn fuq is-siġar li ħawwilna aħna, 10, 15, 20, 30 sena ilu.”
U wara li beda b’ħafna għajjat, spiċċa kif beda.
“Aħna ser inkunu l-Gvern ta’ għada.”