Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech kompla jattakka u jirredikola l-għajnuna li qed jagħti l-Gvern fosthom dak li kien għadu kif ħabbar il-Prim Ministru Robert Abela fil-Belt.
“Għadu kif tħabbar illi se jkun qiegħed jibatilna ċ-ċekkijiet għar-rifużjoni tat-taxxa, drajniha issa.”
Fi protesta fi Gwardamangia, Bernard Grech qal li huwa l-Partit Nazzjonalista li jibgħat iċ-ċekkijiet anki jekk kien sejħilhom bħala soppa msaħna.
“Aħna ċ-ċekkijiet nibatuhom.”
Fost ħafna għajjat u isteriżmu li fih attakka lill-Prim Ministru, Bernard Grech qal li l-poplu għandu biss jirringrazzja lilu l-partit tiegħu.
“Kif il-poplu kollu għandu jagħmel, jirringrazzja lill-Partit Nazzjonalista.”
Kompla bil-messaġġ li tiegħu kollu tajjeb u ta’ ħaddieħor ħażin.
“Il-ħaddiema Maltin jibqalhom biss lill-poplu Malti u Għawdxi u l-Partit Nazzjonalista.”
Bernard Grech kien konfrontattiv lejn min jappoġġja lill-Partit Laburista.
“Ara ħaddieħor, ħaddieħor qiegħed il-Belt.”
Bernard Grech kompla jsaħħan il-qiegħa.
“Ejjew niġġieldu.”
Fuq din in-narattiva ta’ konfrontazzjoni u negattiva komplew kelliema ta’ qabel il-Kap tal-Oppożizzjoni.
“Jew imġienen, li fl-opinjoni tiegħi huma wkoll.”
B’ton ta’ arroganza, f’diskors ta’ tliet kwarti Bernard Grech irrepeta hekk, kemm il-darba.
“Ħa ngħidilkom jien.”
Ma naqasx ukoll li waqt il-protesta f’jum il-ħaddiem, il-Partit Nazzjonalista kompla jiġbor il-flus bil-bramel filwaqt li l-Kap kompla b’ħanġra daqsiex.
“Imma kif nista’ ma ngħajjatx?”