Tjeerd Van Bekkum, id-Direttur ta’ LF 2018, spiċċa fil-mira ta’ membri tal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia għax m’attakkax lil Jason Micallef, iċ-ċermen ta’ Valletta 2018.
Fl-Olanda, proprju fil-Belt ta’ Leeuwarden, Van Bekkum għandu l-istess rwol li għandu Micallef f’pajjiżna u n-nies tas-suppost soċjetà ċivili f’pajjiżna instigaw ġurnalisti fl-Olanda biex jipprovaw jinkluduh fl-attakki fuq Jason Micallef. Dan bħala parti minn sforz kkordinat biex Micallef ikun skreditat għax fl-aħħar xhur ħa pożizzjonijiet li huma differenti minn tagħhom. Fost oħrajn meta waqaf lil Occupy Justice għax ważħħlu banners illegali fuq dawk ta’ Valletta 2018.
Van Bekkum kien ċar li ma riedx jikkummenta. Indika li din hi kwistjoni li qed tiżviluppa f’waħda politika u għalhekk ma kienx dieħel fiha. Dlonk l-attakk tal-qraba ta’ Caruana Galizia.
“Disgraceful,” qallu Matthew Caruana Galizia. Żied jgħidlu li jekk mhux jifhem is-sinjifikat ta’ dak mitlbu jikkummenta dwaru qed fix-xogħol il-ħażin.
Għal Corinne Vella oħt Daphne Caruana Galizia qalet li d-dikjarazzjoni ta’ Van Bekkum ma titwemminx.