L-Erbgħa filgħaxija sar il-festin annwali għall-ħaddiema u kontributuri ta’ ONE li matulu ċ-Ċermen Eżekuttiv preżenti, Jason Micallef indirizza lill-ħaddiema u kontributuri ta’ dawn l-istazzjonijiet għall-aħħar darba.
F’kelmtejn b’nostalġija Jason Micallef irringrazzja lil dawk kollha li kienu parti minn dawn l-aħħar 12-il sena ta’ tmexxija tiegħu. Fakkar kif l-istazzjonijiet ONE għamlu progress u mxew mal-isfidi taż-żminijiet. Huwa sellem u għadda t-tmun tat-tmexxija lil Ruth Micallef u qal li jinsab ċert li taħt it-tmexxija ta’ Ruth Micallef dawn l-istazzjonijiet għad għandhom u ser ikollhom futur sabiħ.
Ruth Micallef, ic-chairperson il-ġdida qalet li qed tħares ‘l quddiem għal aktar ħidma anke fi sfont ta’ sfidi ġodda għall-istazzjonijiet. Saħqet li filwaqt irridu nirrikonoxxu l-ħidma li saret tul dawn is-snin kollha sa mit-twaqqif, tajjeb li nirriflettu fejn ninsabu u ‘l fejn irridu nmorru.
Preżenti għal dan il-festin, kien hemm ukoll il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista Randolph Debattista li f’kelmtejn lill-ħaddiema assigura li dawn l-istazzjonijiet se jibqgħu hemm għas-servizz tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.
Fi tmiem tal-festin, Roberto Francalanza, kap tar-riżorsi umani, f’isem il-ħaddiema kollha ppreżenta rigal lil-Jason Micallef filwaqt lil Alfred Chetcuti f’isem il-kumitat u membri ta’ ONE Club ippreżenta s-somma ta’ €5,000 b’risq l-istazzjonijiet ONE