Permezz ta’ kitba fuq Facebook, Jason Micallef ħabbar li mhux se jibqa’ għaddej bil-kontestazzjoni tiegħu għall-ħatra ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista.
Micallef qal li dan qiegħed jagħmlu fl-interess tal-Partit Laburista, hekk kif sostna li dan għalih jibqa’ l-ewwel interess.
Hu qal li, aktar kmieni llum, kellu laqgħa mal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela fejn miegħu ddiskuta fit-tul dwar il-proċess ta’ tiġdid fil-Partit Laburista.