Se jerġa’ jirritorna wieħed mill-aktar kunċerti mistennija fil-gżejjer Maltin. Dan hekk kif SummerDaze Malta se jkun qed jittella’ fil-15 ta’ Awwissu b’kollaborazzjoni ma’ BBC Radio 1 Dance Life u Creamfields u fis-17 ta’ Awwissu b’kollaborazzjoni ma’ Radio Deejay u M20 fil-park ta’ Ta’ Qali.
Fil-15 ta’ Awwissu se jkunu hemm Anne-Marie, Bastille, Elderbrook, G-Eazy u Jason Derula li se jtellgħu spettaklu mill-isbaħ.
Dan filwaqt li fis-17 ta’ Awwissu se jkunu qed itellgħu spettaklu Albertino, Fargetta, Molella u Prezioso flimkien ma’ J Ax, Baby K, Corona, Ice MC u Meduza.
Il-biljetti għaż-żewġ avvenimenti se jkunu ta’ donazzjoni ta’ tliet ewro li wieħed se jkun qed jingħata tazza li tista’ terġa’ tintuża aktar minn darba dan bil-għan li jitnaqqas l-użu tal-plastik.