Jumejn biss wara li d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzoppardi prova jżeffen fin-nofs lis-servizzi tas-sigurtà billi allega li bdew isegwuħ, stqarr fuq Facebook li kien sodisfatt bl-eżitu tal-investigazzjoni tal-Pulizija mmexxija mill-Ispetturi Zahra u Butters.
Kien fid-9 ta’ Diċembru li għadda, meta fuq Twitter Azzoppardi kiteb li kien għadu kif ġie segwit minn żewġ karozzi tal-MSS (Servizzi tas-Sigurtà). Rosette Thake kienet pronta u kkummentat minkejja li ma kellha l-ebda provi akkużat lill-Gvern b’impunita u b’intimidazzjoni fil-konfront ta’ Membru Parlamentari.
Ftit tal-ħin wara, l-Kap tal-MSS għamel kuntatt ma’ Azzoppardi fejn spjegalu dak li qal ma kienx minnu u qal lil Azzoppardi sabiex imur jagħmel rapport fl-eqreb għassa tal-Pulizija.