Jason Azzopardi ser jikkontesta l-elezzjoni każwali fuq id-disa’ distrett.
Dan ħabbru b’kitba li għamel fuq facebook fejn akkumpanjat b’ritratt tiegħu jidħaq jumejn wara li l-Partit Nazzjonalista ġarrab l-ikbar telfa fl-istorja mill-Indipendenza lil hawn.
Huwa stqarr kif irid jagħti s-saħħa lill-vot ta’ dawk li vvutawlu u jikkontesta l-elezzjonijiet każwali għalkemm huwa konxju li ftit għandu ċans ikun elett fil-Parlament.