Fil-bidu tas-seduta ta’ dalgħodu waqt il-Kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tat-tliet akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, l-avukat Martin Fenech li qed jidher għal Vince Muscat oġġezzjona għal dak li qal id-deputat Jason Azzopardi bl-immunità Parlamentari, meta allega li l-akkużati ġew mgħarrfa minn qabel bl-arrest tagħhom.
Kien hawn li żviluppa battibekk jaħraq bejn Fenech Azzopardi b’dan tal-aħħar jonqos milli jirrepeti l-allegazzjonijiet fil-Qorti. Minflok ipprova jiġġustifika diskorsu billi prova jagħmel referenza għat-traskrizzjonijiet tal-interogazzjoni.
B’reazzjoni l-Ispettur Keith Arnaud qal li l-interogazzjoni għandha tittieħed f’kuntest u mhux iqasqas minnha kif jaqbel lilu.
Id-difiża talbet lill-qorti sabiex trażżan lil Azzopardi milli jinħeba wara l-immunità parlamentari, bil-Qorti tgħid li m’għandhiex jedd fuq dak li jintqal fil-Parlament.