Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ħareġ jattakka d-deċiżjoni tal-Gvern li jissospendi b’mod immedjat il-permessi għat-twaqqigħ u skavar. Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar dan il-Ħamis wara li ġġarrfet binja fil-Gwardamangia, fejn b’xorti tajba ħadd ma’ weġġa’.
Id-deċiżjoni għaqlija tal-Gvern ma niżlet xejn tajjeb ma’ Azzopardi, tant, li fuq il-profil personali tiegħu ta’ Facebook, iddeskriva d-deċiżjoni tal-Gvern bħala ‘azzjoni popolista’.