Il-kwerela li ffirma Jason Azzopardi u li bagħat lill-midja permezz tal-għaqda Repubblika hi bil-watermark ta’ karta tal-Gvern ta’ Malta.
Sorsi minn ġewwa qalulna li ta’ Repubblika ħadu żball li ma jistgħux jikkoreġu għax laħqu bagħtu lill-midja l-kwerela scanned bil-watermark GM.
Biex b’hekk kwerela li ffirma Jason Azzopardi uża karta tal-Gvern.
Jason Azzopardi f’isem l-għaqda Repubblika fetaħ kwerela kontra bosta persuni fosthom Glenn Micallef, il-Kummissarju Ewropew nominat minn Malta u li fil-grilling għadda b’mod eċċellenti.
Jason Azzopardi qed jargumenta b’investigazzjoni mill-pulizija kontra Glenn Micallef meta kien Kap tas-Segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru dwar l-ingaġġ ta’ dik li llum hija mart il-Ministru Clayton Bartolo.
Jason Azzopardi ilu jattakka lil Glenn Micallef sa qabel resaq għall-grilling biex isir Kummissarju Ewropew u kien l-aktar kandidat li għadda b’mod eċċellenti mill-grilling tal-Kumitati tal-Parlament Ewropew.
Jason Azzopardi kien qed iżeblah lil Micallef u jgħidlu li l-President tal-Kummissjoni Ewropew Ursula von der Leyen ma tridux u talab biex il-Gvern Malti jbiddel in-nomina.
Dan l-attakk minn Repubblika, deskritta bħala l-fergħa estremista tal-Partit Nazzjonalista jkompli ma’ dak ta’ Bernard Grech li anki bil-midja tiegħu ried iċekken il-portafoll fdat bih Glenn Micallef li hu dwar iż-żgħażagħ, is-solidarjetà interġenerazzjonali, l-isport u l-kultura.
AQRA AKTAR: