Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi sejjaħ l-għotja ta’ ħames miljun ewro mill-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali lill-Puttinu Cares bħala insult.
Fil-programm Xarabank tal-Ġimgħa filgħaxija, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern permezz ta’ dan il-fond kien se jikkontribwixxi ħames miljun ewro biex sal-aħħar tas-sena jibda x-xogħol għal bini ta’ appartamenti fil-qalba ġewwa Londra għall-persuni li jkunu jeħtieġu akkomodazzjoni sakemm idumu jieħdu l-kura.
Dan minbarra li l-Gvern iħallas għall-kura tal-pazjenti f’dawn l-isptarijiet speċjalizzatiu l-vjaġġi tagħhom.
Madankollu, il-kelliem tal-Oppożizzjoni mmexxija minn Adrian Delia sejħet dan il-ġest bħala insult għax skont hu l-flus li se jiffinanzjaw dan il-proġett ta’ fejda kbira ġejjin mill-kriminalità.
Fl-aħħar xhur, Azzopardi kien bosta drabi fl-aħbarijiet wara investigazzjonijiet li saru mill-Awditur Ġenerali. Fost oħrajn dwar trasferiment ta’ propjeta fi Spinola f’San Ġiljan li minnu l-poplu Malti daħħal miżerja ta’ €35.
Dan meta l-awditur stima l-art kwazi €2 miljun aktar milli giet stmata mid-Diviżjoni tal-Propjetà tal-Gvern u kkummenta dwar nuqqas ta’ governanza tajba u ta’ trasparenza wara li ma nstabitx id-dokumentazzjoni meħtieġa dwar il-proċess tat-trasferiment tal-art u ta’ propjeta’ fi Spinola.
L-awditur qal li r-responsabiltà ta’ dawn in-nuqqasijiet kienet tal-ex ministru ta’ dak iż-żmien, Jason Azzopardi.