Id-Deputat Nazzjonalista David Stellini qal li d-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi għandu jerfa’ r-responsabbiltà ta’ li qal u jġib il-provi tal-allegazzjonijiet li għamel bl-immunità parlamentari.
Fil-Parlament Jason Azzopardi allega li l-akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia kienu mgħarrfa minn qabel bl-arrest tagħhom nhar l-erbgħa ta’ Diċembru li għadda.
Allegazzjonijiet li ġew miċħuda kategorigament kemm mill-Pulizija u s-Servizzi tas-Sigurtà.
Fil-programm Realtà’ fuq l-istazzjon nazzjonali Stellini qal li Azzopardi għandu jissostanzja dak li qal bil-privileġġ Parlamentari jerfa’ r-responsabilita ta’ għemilu.
Għażla tiegħu imma jrid jerfa’ r-responsabilta huwa…Kull politiku nkluż Dr. Jason Azzopardi rridu nerfgħu r-responsabiltà ta’ dak li ngħidu fil-parlament…
Stellini qal li dan għandu jsir għal fatt li dan jista’ joħloq ħafna ħsara lill-persuni involuti.
Trid tkun responsabbli u tagħmilha b mod kawt u b’mod li tevita l-collateral damage….F’dan il-każ Jason Azzopardi jrid jipprovdi l-provi u din l-iktar ħaġa importanti u li s-surġent li semma ismu jiġi quddiem il-bord li jkun hemm u jipprova li hu innoċenti
Minkejja li deputat jista’ jwieġeb fil-Parlament għal akkużi li jsiru kontrih, sal-lum għad m’hemmx mekkaniżmu li permezz tiegħu ċittadin jista’ jipprova lilu nnifsu innoċenti u għalhekk l-allegazzjoni li jiġi mċappas biha jista’ jibqa’ jġorrha bil-konsegwenzi kollha.
F’invtervent fil-programm, il-Professur Godfrey Pirotta qal li jaqbel mal-immu Parlamentari, iżda sostna li dak li qal Jason Azzopardi għadu mhux pruvat.
Meta inti tagħmel akkuża bħal din u ssemi ismijiet li għandhom dritt jiddefendu rwieħhom, ma tistax isemmi nies u dak li tgħid ma tippruvahx … fir-regolamenti parlamentari takkuża membru ieħor b’xi ħaġa u ma jġibx il-provi jrid jirtira u jkun qed jabbuża mill privileġġ parlamentari
Il-Whip tal-Gvern Byron Camilleri fakkar kif fl-għoxrin ta’ Lulju ta’ sentejn ilu, Jason Azzopardi kien wieħed mid-deputati li indirizza konferenza tal-aħbarijiet f’isem il-Partit Nazzjonalista dwar it-tneħħija tal-immunita’ parlamentari.
Madankollu qal li issa d-deputat Nazzjonalista qed jinħebba wara l-istess privileġġ sabiex jagħmel allegazzjonijiet serji dwar l-investigazzjoniijiet b’ rabta mal-qtil ta’ Caruana Galizia.
Dakinhar il-partit nazzjonalista kien għamel press conference fejn qal li hu ma jaqbilx mal-privileġġ parlamentari. Oħroġ il-għaġeb dakinhar kien hemm Jason Azzopardi fil-press Conference jgħid li għandu jitneħħa l-privileġġ parlamentari
Skont l-eks Viċi Kap Nazzjonalista Mario De Marco, Membri Parlamentari li jitkellmu b’mod responsabbli m’għandhomx jinħbew wara l-immunità parlamentari.
Huwa kien sostna kif il-liberta’ tal-espreessjoni u r-regoli għandhom jkunu l-istess għal kulħadd kemm ġewwa u kif ukoll barra l-parlament.