L-eks Direttur Ġenerali fid-Dipartiment tal-Artijiet, Eman Schembri, kien wera f’e-mail li bagħat fit-28 ta’ Frar 2013 lill-eks Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech u lill-eks Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi li ma ħassx li kien prudenti li l-każ tal-esproprjazzjoni tal-art tal-Fekruna kellu jibqa’ għaddej meta kienet waslet l-elezzjoni ġenereali.
Meta kien qed jixhed quddiem il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi dwar ir-Rapport tal-Awditur Ġenerali dwar dan it-trasferiment tal-art, is-Sur Schembri qal li huwa kien irċieva minuta fil-file minn Jason Azzopardi biex imexxi u jagħlaq it-transizzjoni.
Is-Sur Schembri qal li minbarra pressjoni mis-sid kellu pressjoni biex imexxi l-proċess mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien u anke mill-Mistru responsabbli mill-artijiet.
L-espropju kien meħtieġ għax minkejja li x-xatt biex jgħumu n-nies ma kienx ingumbrat, in-nies xorta bdiet issib diffikultà tgħaddi għax min kien qed imexxi r-restorant ma ridhomx jgħaddu minn fuq art tiegħu u kien hemm ħafna kwistjonijiet.