F’għeluq l-ewwel jum tan-nominazzjonijiet għall-elezzjonijiet każwali tal-kandidati Nazzjonalisti, daħlu ħames nominazzjonijiet.
Fuq il-ħames distrett sabiex jimtela’ post il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, tefa’ n-nomina tiegħu l-Kandidat Nazzjonalista Stanley Zammit.
Għal-post imbattal minn Ryan Callus u Adrian Delia fuq is-seba’ distrett, tefa’ n-nomina tiegħu Charles Azzopardi.
Min-naħa l-oħra Jason Azzopardi tefa’ n-nomina tiegħu fuq id-disa’ distrett sabiex jimtela’ post Robert Arrigo u Joseph Giglio.