It-tieni Imħallef, din id-darba l-Imħallef Aaron Bugeja, astejna milli jisma’ l-appelli ta’ Jason Azzopardi biex fost l-oħrajn jixħet lill-Ministru Clint Camilleri f’inkjesta.
L-appelli daħħalhom wara li Qrati oħrajn anke ċaħdu t-talbiet tal-Avukat tal-Għaqda Repubblika, li saħanistra anke talabhom fi żmien il-Milied.
Fil-jiem li għaddew, l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera wkoll astejniet milli tisma’ l-appell ta’ Jason Azzopardi. Fil-fatt f’din is-seduta ġiet innutata anke l-imġieba dispreġjattiva ta’ Jason Azzopardi fl-awla, fejn fil-Qorti huwa nfexx f’għajjat ostili lejn il-Ministru Clint Camilleri tant li l-Imħallef ipprova jwaqqaf l-aġir ta’ Jason Azzopardi għal diversi drabi, b’Azzopardi jibqa’ għaddej.
Hu kkalkulat li l-Imħallef widdeb lil Jason Azzopardi mas-seba’ darbiet.
Jason Azzopardi anki sa resaq mal-passi ’l quddiem b’aġir ostili lejn il-Ministru Camilleri u beda jgħajjat u jgħid, “Int taħseb li se nibża’ minnek, mingħalik xi ħaġa għax int Ministru”.