Jason Azzopardi fetaħ attakk kontra l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech u l-eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia f’daqqa filwaqt li qagħad attent li ma jitfax f’dell ikrah lid-Deputat tal-establishment Karol Aquilina.
F’kitba fuq Facebook Azzopardi ma qgħadx jogħmodha fuq Bernard Grech dwar ktieb li ħareġ il-Partit Nazzjonalista dwar il-konċessjoni tal-isptarijiet.
Huwa niggeż lill-Kap u qallu li huwa tajjeb biex jieħu rikba b’xejn,.
Jason Azzopardi qal li hu ħadem ħafna u ma ġiex mitlub mill-Partit Nazzjonalista biex jikteb f’dan il-ktieb anki jekk skontu għamel ħafna mix-xogħol hu, u mbagħad deher Delia.
Azzopardi sostna li kien hemm min gideb fuqu u mhux se jħalliha għaddejja kummenti li saru li allegaw li hu rrifjuta li jikteb fil-ktieb.
L-eks deputat Nazzjonalista qal li hu kien waħdu u li kieku ma kienx hu, ma kinitx tinfetaħ il-kawża, meta dak iż-żmien il-Kap Nazzjonalista kien Adrian Delia.
B’botti ċara lejn Bernard Grech, imbagħad, Jason Azzopardi tal-Blue Heroes sostna, “Min qatt m’għamel penny xogħol f’ħajtu, ma jafx x’jiġifieri”.
Żied jgħid li hemm min rikeb il-karru li mhux tiegħu.