ll-Partit Nazzjonalista kompla bin-narrattiva negattiva, u f’waqtiet isterika, f’attentat iddisprat biex jimmina lill-Gvern.
Fuq in-NET, id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ddikjara l-imbarazzament ta’ sieħbu David Casa, li jistħi li hu Deputat Malti fil-Parlament Ewropew.
“….proprju qabel ma ġejt hawnhekk kont qiegħed fuq it-telephone mal-MEP ħabib tiegħi David Casa u kien qed jispjegali kemm kien imbarazzat bħala Deputat Malti.”
Jason Azzopardi attakka kemm felaħ il-programm ta’ residenza b’investiment, li ġab tant ġid u li ssarraf f’benefiċċji għal kulħadd u li kien kruċjali biex il-Gvern salva eluf t’impjiegi matul il-pandemija.
Jason Azzopardi saħansitra nfexx f’attakk kontra l-Ewro Parlamentari Laburisti Maltin, li ddefendew l-interess nazzjonali fil-Parlament Ewropew.
“X’mistħija, l-erba’ soċjalisti Maltin.”
Attakk li rikeb fuqu l-kandidat Nazzjonalista Christian Micallef, għajjar l-Ewro Parlamentari Maltin ‘tradituri’.
“Nistaqsi jiena, min hu t-traditur ta’ Malta?”
Micallef mar pass aktar u f’disprament solitu tal-Partit Nazzjonalista kontra kull min ma jaqbilx miegħu, iddikjara li kull min fl-elezzjoni li jmiss se jivvota għal Partit Laburista ma jafx x’inhu jagħmel u se jkompli jgħaffeġ.
“Se jdaħluna fil-ħajt u dawk li mhux se jirrealizzaw se jkunu qegħdin jgħaffġu aktar b’detriment għal pajjiżna.”
U wara li l-Kap Nazzjonalista fl-aħħar jiem tenna li jekk il-poplu jagħti mandat lill-Prim Ministru Robert Abela biex ikompli jmexxi l-pajjiż ’il quddiem, Malta se timrad u se tkun teħtieġ il-barka tal-Papa u l-fejqan mit-tobba.
Narrattiva li kompla jipperpetwa l-Kandidat u Sindku Nazzjonalista, Noel Muscat.
“M’hemmx ċans li Malta tieħu r-ruħ jekk jerġa jitla’ l-Labour.”
Dan kollu jikkonferma kemm il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech huwa mehdi f’politika tal-passat illi tifred, u mhux tgħaqqad.
“Aktar minn qatt qabel jien konvint li din l-elezzjoni tixbaħ dik tal-1987.”