Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi għaffiġha bl-ikrah dwar il-każ ta’ nirien fil-Marsa u prova jagħti impressjoni ta’ xi ħaġa oħra li ma seħħitx.
Fuq il-profil tiegħu fuq facebook, Dr. Azzopardi kiteb “Marsa Issa” filwaqt li staqsa jekk hux daqshekk il-fabbrika tal-kanċer.
Bil-kitba tad-deputat Nazzjonalista bosta persuni kkummentaw kemm Jason Azzopardi huwa insensittiv u ma vverifikax il-fatti qabel kiteb l-affarijiet.
Fuq il-kitba ta’ Azzopardi fuq facebook, kien hemm anki minn saħansitra ġibidlu l-attenzjoni tan-nirien li hemm fiċ-ċentru miftuħ tal-immigranti, fosthom persuna li f’kumment irreferiet għall-aħbar li ħareġ l-ewwel one.com.mt dwar il-każ tan-nirien li qed jiżviluppa bħalissa fil-Marsa.