Il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-ġustizzja Jason Azzopardi ta’ appoġġ lill-President Amerikan Donald Trump għad-deċiżjoni li jwaqqaf l-immigrazzjoni lejn l-Istat Uniti.
L-appoġġ lejn Trump minn Jason Azzopardi, ġie wara li Azzopardi fetaħ kwerela sabiex jiġu nvestigati mal-erbgħin suldat, l-Brigadier Jeffrey Curmi u l-Prim Ministru Robert Abela.
Jason Azzopardi qed jakkużahom bi qtil volontarju ta’ immigranti, piena li ġġorr magħha għomor il-ħabs.
Jason Azzopardi għamel like fuq tweet ta’ Donald Trump li waqqaf l-immigrazzjoni lejn l-Istat Uniti, imma qed jakkuża lis-suldati bi qtil ta’ immigranti.
L-aġir ta’ Jason Azzopardi sab l-appoġġ tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li saħansitra mhux biss iddefenda lil Azzopardi iżda anki rrepeta l-akkużi.
Delia sostna: “L-avukat Azzopardi aġixxa biss bħala avukat fil-qadi tad-doveri professjonali tiegħu.”