Wara li Jason Azzopardi ħalef li f’ħajtu qatt ma ltaqa’ ma’ Yorgen Fenech u qal li hu lil Fenech jiġġielidlu l-Qorti u mhux bil-paroli, ħareġ ritratt ta’ Jason Azzopardi ma’ Yorgen Fenech.
Id-deputat Nazzjonalista jidher bit-tazza f’idu, bid-daħka ma’ Fenech.
Madankollu b’reazzjoni għar-ritratt li ġie ppubblikat li juri lil Jason Azzopardi ma’ Yorgen Fenech, id-Deputat Nazzjonalista qal li hu ma jiftakarx kull persuna li jkun iltaqa’ miegħu.
Wara din id-dikjarazzjoni, omm Yorgen Fenech, kitbet lil Jason Azzopardi li dak ir-ritratt li ġie ppublikat ittieħed fit-tieġ tat-tifel tagħha.
Mat-Times, Jason Azzopardi qal li hu kien jirċievi xi disgħin invit ta’ tieġ u qal li ma jiftakarx jekk attendiex it-tieġ ta’ Fenech.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/08/02/omm-yorgen-fenech-tikkonfronta-lil-jason-azzopardi-dwar-jekk-qattx-iltaqa-ma-binha/