Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, li kien għamel allegazzjonijiet li ssemma xi Ministru minn Vince Muscat il-Koħħu b’rabta ma’ reat kriminali, ser jaffaċċja proċeduri dwar disprezz lejn il-Qorti minħabba dawn l-istess allegazzjonijiet li għamel pubblikament fuq ir-radju.
Dan wara li l-Maġistrat Rachel Montebello ordnat li ssir seduta fejn fiha Jason Azzopardi jkollu jispjega dak li qal b’informazzjoni li allegatament ġiet provduta lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet.
F’digriet tal-Qorti, il-Maġistrat stqarret li hija ‘tal-mistħija’ kif atti tal-każ li kellhom ikunu preżentati fil-Qorti spiċċaw imperċa fuq il-mezzi tal-midja.
Id-digriet kompla jgħid kif dan huwa att ta’ disprezz lejn l-istituzzjonijiet ġudizzjarji u li jimmina l-integrità tal-proċeduri u l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja.
Il-Maġistrat Montebello qalet li Azzopardi se jkollu iwieġeb fil-Qorti dwar din it-tixrid ta’ informazzjoni.