Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li f’konferenza tal-aħbarijiet Jason Azzopardi mhux biss irrepeta l-gidba tal-Kap tal-Opppożizzjoni Simon Busuttil, iżda kompla jifraħ bid-deċiżjoni tal-Qorti li qalet li hemm m’hemmx provi u li dawn il-provi, jekk jeżistu għandhom jinġabru minn inkjesta oħra li tiddeċiedi jekk hemmx każ jew le.
Il-Pl qal li Jason Azzopardi huwa l-aħħar persuna li għandu jitkellem, għax filwaqt li dalgħodu qagħad jifraħ għax il-Qorti qalet li hemm bżonn inkjesta biex jinġabru l-provi biex wieħed jara jekk hemmx każ jew le, propju ġimgħa ilu ħarġu żewġ rapporti tal-Awditur Ġenerali li ngħaqdu mal-kollezzjoni li għandu kontrih u li fih hemm provi li huwa ma mexxiex sew fil-każijiet tal-Fekruna u Spinola u li kien hemm interventi politiċi diretti tiegħu.
Temm jgħid li dan huwa każ ieħor fejn l-ispiżjar milli jkollu jagħtik.