Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi nstab ħati b’disprezz lejn il-Qorti wara li ma tfaċċax fl-awla għal każ ta’ libell kontra l-Ministru Owen Bonnici.
Fl-aħħar seduta qabel dik tal-lum, il-Qorti kienet ordnat biex Jason Azzopardi jidher għall-kawża iżda l-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja, magħruf kemm jitkellem tant fuq is-saltna tad-dritt, ma tfaċċax.
Il-libell jittratta dwar każ meta Jason Azzopardi kiteb fuq facebook, li l-Ministru Owen Bonnici huwa kriminal.
Jason Azzopardi kien fetaħ denunzji kontra l-Prim Ministru, il-Brigadier u l-ekwipaġġ tal-patrol P52 fejn akkużhom bi qtil ta’ immigranti.
Madankollu f’inkjesta, il-Maġistrat Joe Mifsud ġab fix-xejn l-allegazzjonijiet ta’ qtil volontarju.
L-inkjesta kienet innutat żbalji kardinali minn min allega bla provi u mingħajr verifiki.