L-Avukat tal-għaqda Repubblika u dak li kien sejjaħ lilu nnifsu bħala d-Deputat tal-Blueheroes, Jason Azzopardi nstab ħati mill-Qorti Kriminali ta’ disprezz lejn il-Qorti u ġie kkundannat biex iħallas multa ta’ €1,000.
Jason Azzopardi nstab ħati li ġibed filmat fil-kurituri tal-Qorti tal-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard barra awla mingħajr ma ħa permess tat-tmexxija tal-Qorti hekk kif huwa projbit li jsir dan fil-binja tal-Qorti.
Il-Maġistrat Monica Vella, fis-sentenza tagħha rrimarkat li ma hemmx dubju li Jason Azzopardi ġibed filmat meta tqabbel l-angolatura tal-mobile tiegħu li għamlu ma widnejh, taparsi qed iċempel u l-filmat innifsu li kien ġie ippubblikat mill-midja Nazzjonalista, NET News.
Intqal li l-filmat ma seta’ jittieħed minn ħadd iżjed għajr l-imputat Jason Azzopardi.
Fil-fatt intqal li minn filmati elevati minn kameras tas-sigurtà jidher biss Jason Azzopardi li qed jieħu l-filmat, anki jekk dan ċaħad l-akkużi imma nqabad minn kameras tas-sigurtà.
Dak li għamel Jason Azzopardi huwa reat u kien għalhekk li nstab ħati.
Jason Azzopardi fl-aħħar xhur ammetta wkoll li gideb u għamel talbiet għal inkjesti li ġew miċħuda għax ma ressaqx provi li huma aċċettati fil-Qorti bħala evidenza ammissibbli.
Sa din il-ġimgħa stess ħareġ ukoll li kien qed iċempel pulizija ftit qabel ma kienet se ssir tfittxija fid-dar tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat.
Intant fuq din l-aħħar ħtija fuqu minn Qorti Kriminali, Jason Azzopardi qal li se jappella.
Aqra aktar: