Meta kompla jinstema’ l-każ ta’ libell li fetaħ il-Ministru Carmelo Abela fil-konfront tad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, wara li dan tal-aħħar kien allega li l-Ministru kien involut fl-attentat hold-up fil-bank HSBC fl-2010, l-avukat Pawlu Lia argumenta l-mottivi politiċi wara l-mossa ta’ Azzopardi, għaliex jekk dan verament ifforma opinjoni ġenwina dwar il-każ, għandu jippreżenta l-informazzjoni li għenitu jifformaha.
Aktar qabel, Jason Azzopardi talab lill-Qorti biex Vince Muscat ‘il-Koħħu’, George Degiorgio ‘iċ-Ċiniż’ u Alfred Degiorgio ‘il-Fulu’ jixhdu fil-kawża tal-libell iżda l-Maġistrat Rachel Montebello ma laqgħetx it-talba.
Il-Maġistrat qalet li l-fatt li d-Deputat Nazzjonalista bbaża l-opinjoni tiegħu fuq l-allegazzjonijiet tat-tlett irġiel mhux biżżejjed biex il-Qorti tqishom bħala xhieda leġittimi fil-każ.