Is-Sur Zaren Vassallo, bil-ġurament quddiem il-Qorti, ikkonferma li ltaqa’ mal-Ministru responsabbli mil-Lands u ġie imwiegħed kompromess dwar l-art tal-Lowenbrau. Liema kompromess fil-fatt ingħata u ngħalaq minn Jason Azzopardi bħala Ministru tal-Lands.
Dan qalu l-Partit Laburista fi stqarrija. Żied jgħid li Jason Azzopardi pprova jitfagħha fuq l-eks Ministru Tonio Fenech, imma pront wieġeb Tonio Fenech, li kkonferma li Jason Azzopardi kien effettivament il-Ministru tal-Lands dak iż-żmien.
Idur kemm idur, sostna l-Partit, Jason Azzoapardi ma jistax imeri xhieda ġuramentata. Jekk jasal jagħmilha, għandu jiddikjara ċar u tond li Zaren Vassallo gideb fil-Qorti u jiftaħ każ ta’ sperġur fil-konfront tiegħu.