“Ħa nżid biċċa xogħol, Jason Azzopardi għamel ħafna ħafna xogħol tajjeb”
BEPPE FENECH ADAMIREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan kien kliem id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami meta mistoqsi dwar Jason Azzopardi, jumejn wara li ammetta li reġa’ gideb, din id-darba fuq is-Segretarju tal-Kabinett Ryan Spagnol u allega li xxaħħam.
Jason Azzopardi rtira l-allegazzjoni li għamel u ammetta li gideb fuq Spagnol bħal ma ħareġ ta’ giddieb fil-konfront tad-Deputat Laburista Carmelo Abela u l-Ministru Owen Bonnici.
Iżda bħal Beppe Fenech Adami, mill-fazzjoni estremista tal-Partit Nazzjonalista, il-Kap Bernard Grech, li tpoġġa Kap propju anki min-nies bħal Jason Azzopardi, illum l-Avukat tal-għaqda Repubblika huwa riżorsa għall-pajjiż.
“Jien naħseb li hu riżorsa għall-pajjiż. Jason Azzopardi kien Deputat, kien Ministru ta’ Gvern Nazzjonalista wkoll. Kien riżorsa u asset għall-pajjiż u għall-partit u naħseb li għadu riżorsa għall-pajjiż.”
BERNARD GRECH
Beppe Fenech Adami lanqas ried jikkundanna lil Jason Azzopardi tal-gideb li wettaq u skużah.
“Jason Azzopardi ta spjega ċara ta x’ġara u ma ġarax.”
BEPPE FENECH ADAMI
It-tifħir fuq Jason Azzopardi saħansitra nxtered fuq l-għaqda Repubblika kollha.
“Naturalment l-għaqda Repubblika tagħmel xogħol tajjeb”
BEPPE FENECH ADAMI
Imbagħad Beppe Fenech Adami, li jkun fl-attivitajiet tal-għaqda Repubblika qal li ta’ Repubblika mhux jordnaw lill-Partit Nazzjonalista.
Ġurnalist: “Qed jordnawlkom x’tagħmlu?”
Fenech Adami: “Ir-risposta hija Le!”