Jum ieħor – attentat ieħor biex jattakaw familja oħra.
L-eks deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi – li f’ħajtu qed jiffoka biss biex ikisser nies li għażlu li jagħtu servizz – lejliet l-Ewwel tas-Sena għaqqad dokument b’ħafna artikli ta’ The Shift News biex jimmonta attakk ġdid fuq il-familja tal-Ministru Silvio Schembri.
Fil-verità, l-artikli li ressaq Azzopardi diġà ġew spjegati mill-Ministru Schembri u martu f’risposti lill-midja.
F’kumment fuq il-midja soċjali, b’rabta dwar dan, il-Ministru Silvio Schembri qal li mhux se jħalli lil ħadd jattakka l-familja tiegħu u l-ħidma tal-Gvern.
Spjega li f’dawn il-jiem se jkun qed jipprepara d-dokumenti kollha li hemm bżonn biex jirrispondi l-gideb ta’ Jason Azzopardi hekk kif il-qorti tat lill-familja Schembri, sebat’ijiem biss biex tagħmel dan.
Il-Ministru Schembri temm jgħid li se jibqa’ għaddej b’rieda sħiħa u determinat li jkompli jaqdi d-dmirijiet tiegħu għan-nazzjon.