F’anqas minn ġimgħa, id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi reġa’ ħareġ b’gidba sfaċċata oħra fuq il-Prim Ministru Joseph Muscat.
Fil-Parlament, Azzopardi allega li l-Prim Ministru Joseph Muscat qiegħed idaħħal ħamest elef ewro kuljum.
Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, Azzopardi saħansitra wasal biex gideb fuq it-tfal tal-Prim Ministru Joseph Muscat meta allega li qegħdin jintbagħtu jistudjaw barra b’nefqa ta’ €65,000 fis-sena.
Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi huwa l-istess persuna li fuq rasu għandu bosta skandli fosthom id-deal tal-Lowenbrau li mir-Rapport tal-Awditur ħareġ li din il-proprjetà li kienet tiswa €8 miljun ingħatat lil Żaren Vassallo b’€700,000.