Wara li kmieni t-Tnejn filgħodu l-għaqda Repubblika qalet li kienet bagħtet ittra lill-Aġent Kummissarju tal-Pulizija sabiex tingħata protezzjoni lil Jason Azzopardi, il-Pulizija fi stqarrija ħabbret li din il-protezzjoni diġà bdiet tingħata mis-16 ta’ Ġunju li għadda.
Il-Pulizija qalet li din il-protezzjoni tikkonsisti fi preżenza tal-Pulizija għassa mad-dar fejn joqgħod Azzopardi.