Is-Sibt filgħaxija reġgħu lura Malta t-tmienja u għoxrin ċ-ċiklist tal-Fondazzjoni Alive.
Dan wara li ħallew pajjiżna sabiex jaqdfu elf u mitejn kilometru minn Vjenna għal Milan.
L-għan wara din l-isfida kien li jinġabru flus għall-Fond tar-Riċerka, l-innovazzjoni u l-Iżvilupp fi ħdan l-Università ta’ Malta sabiex jkompli l-istudju dwar il-kanċer.
Elton Barry, ċiklist li sofra minn tliet attakki tal-qalb u puplesija, ma qatax qalbu minkejja d-diffikultajiet li għaddha minnhom.
Huwa qasam magħna l-aħbar li rnexxielu jlesti din l-isfida minkejja li ppjana li jqatta’ ġurnata biss fuq ir-rota.
Dan minkejja bosta diffikultajiet, inkluż jiem sħaħ ta’ xita qalila.
Nicky Camilleri, iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Alive saħaq li minkejja d-diffikultajiet li sabu tul il-vjaġġ, dan kien kollu għal għan mill-isbaħ li permezz tiegħu ’l quddiem ikunu jistgħu jgawdu minnu dawk li bil-kanċer.
Skond is-Sur Camilleri sa issa nġabru iktar minn sebgħin elf ewro għal din l-isfida.