L-ewwel vannijiet t’għajnuna umanitarja b’ikel u mediċina mill-Istati Uniti għall-Veneżwela waslu fil-belt ta’ Cucuta fil-fruntiera mal-Kolombja, fejn jinsabu mblukkati minn truppi tal-Veneżwela.
Il-President Nicolas Maduro – li għandu l-appoġġ tal-armata, ma ħallihomx jidħlu fil-pajjiż.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Juan Guaido – li ddikjara lilu nnifsu bħala President Interim, wissa li ħafna ċittadini jinsabu f’riskju li jmutu jekk ma jingħatawx l-għajnuna.