B’investiment ta’ nofs miljun ewro, waslu fl-aħħar fażi tagħhom ix-xogħolijiet fuq il-proġett ta’ faċilitajiet sportivi għall-klabb u n-nursery tal-Kalkara.
Proġett ta’ trasformazzjoni li tagħti dinjità akbar lit-tfal u ż-żgħażagħ li jaċċessaw il-klabb. Miżura li kienet fil-baġit tal-elfejn u sbatax u li issa qed ittejjeb il-kwalità ta’ taħriġ u żieda fit-tfal u l-isport li jipprattikaw f’din il-lokalità.
Il-proġett kien jinkludi xogħolijiet fuq il-boundary wall, il-clubhouse ġdida, fencing u r-rilokazzjoni ta’ rampi fost oħrajn.