B’titjira speċjali tal-Airmalta, wasal f’Malta l-Kontinġent ta’ 142 Malti, fil-biċċa l-kbira tagħhom tfal mill-klabb tal-futbol tas-Sirens li tħallew bħall-erbgħa fost il-ġimgħa maqbudin fid-Danimarka wara li operatur privat naqas milli jipprovdilhom il-passaġġ tar-ritorn.
Il-Ministru tat-Turiżmu, Konrad Mizzi lbieraħ talab lil-linja Nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta biex tipprovdi għajnuna biex hekk il-grupp ta’ 142 Malti inġiebu lura qawwijin u sħaħ permezz ta’ titjira ta’ emerġenza.
Sorsi qrib One News qalu li l-kontinġent Malti wasal id-Danimarka l-ġimgħa li għaddiet b’titijira charter mill-operatur VML, mill-kumpanija privata Flight Support Services ta’ Joffrey Mallia, impjegat tal-Air Malta li jinsab sospiż minn xogħlu.