ElectroGas ħabbret li t-tanker Armada LNG Mediterrana wasal hawn Malta. It-tanker wasal bla problemi ftit aktar kmieni milli mistenni u bħalissa qiegħda ssir il-ħdima kollha fuqu, biex meta jsir il-ħin jidħol fil-port ta’ Marsaxlokk.
Kif it-tanker ikun għadu vojt, jsiru numru ta’ testijiet ta’ sigurtà u ta’ familjarizazzjoni. Dawn it-testijiet u s-simulazzjonijiet, kkordinati bejn ElectroGas, BumiArmada u l-Awtoritajiet tal-Port, se jissoktaw għal diversi jiem sakemm it-tanker jintela’ bil-merkanzija.
It-tanker Armada LNG Mediterrana, li jesa’ madwar 125,000 metru kubu ta’ LNG, huwa l-aħħar element tal-proġett tal-bini ta’ power station ġdida.
https://www.youtube.com/watch?v=hKijhegvlH0