Ftit ħin ilu il-Ministru għall-Intern Carmelo Abela laqa’ lill-Kummissarju Ewropew għall-Migrazzjoni, l-Affarijiet Interni u ċ-Ċittadinanza, Dimitris Avramopoulos fl-ajruport mal-wasla tiegħu f’pajjiżna għal żjara ta’ ftit aktar minn 24 siegħa.
Huwa se jkollu diversi laqgħat b’rabta mal-Presidenza imminenti Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, fosthom mad-Deputat Prim Ministru, Ministru għall-Affarijiet Barranin, mal-Kap tal-Oppożizzjoni, mal-Kumitat tal-Kamra tar-Rappreżentanti għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, u mas-sottokumitat dwar il-Migrazzjoni li jaqa’ taħt il-Kumitat tal-Kamra għall-Affarijiet Soċjali.
Se jżur ukoll l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-Qasam tal-Ażil, fil-Marsa.