Illejla wasal f’pajjiżna, il-Prim Ministru tal-Etjopja Ably Ahmed Ali.
Għada, il-Prim Ministru tal-Etjopja se jkollu laqgħat bilaterali mal-Prim Ministru Malti, Robert Abela, fil-Berġa ta’ Kastilja.
Fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta mar jilqa’ lill-Prim Ministru tal-Etjopja, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg.
Il-Prim Ministru tal-Etjopja kellu laqgħa bilaterali mal-Prim Ministru Taljan, Giorgia Meloni u wara ż-żjara uffiċjali f’pajjiżna sejjer Franza sabiex jiltaqa’ mal-President Franċiż, Emmanuel Macron.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/02/06201538/ali1.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2023/02/06201543/ali3.jpg)